Tgħid għaliex jinħaraq daqshekk meta jixluh li hu korrott?
Kif tista' ma tlumx lil dawk iż-żgħażagħ li qatgħu qalbhom minn dan il-pajjiż? Li kieku llum xi wħud minnhom segwew il-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, kien ikollhom stampa ċara dwar kif taħdem id-demokrazija tagħna. Tal-mistħija. M'hemmx mod aħjar kif tista' ssejħilha. Konrad Mizzi lissen l-istess paniġierku bl-użu ta' kliem differenti għal xi 50 darba. U kull [...]