Il-Kummissarju Muttley
i Ma' sider Anġlu Gafà għadhom kemm dendlu midalja b'rikonoxximent għal "servizz twil u effiċjenti". Teknikament il-midalja jdendilhielu l-Ministru tal-Intern. Fil-prattika, jdendilha ma' sidru hu stess. Din hi midalja tabiħaqq prestiġġjuża. Midalja li dan l-aħħar iddendlet ukoll ma' sider Ian Abdilla, bniedem li mingħalih li l-kriminalità tiġġildilha billi tiġbdilha ritratt. Għandu żmien biżżejjed fuqu biex [...]