Il-“Kumitat” (4): dawk li ser “isalvaw” lill-gvern mill-marda mxajtna tal-libertà tal-kelma
Żewġ letturi universitarji huma membri tal-kumitat maħtur mill-gvern sitt xhur wara li xxandru l-konklużjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia biex jipproponi "żviluppi" għall-qasam tal-ġurnaliżmu f'Malta. Il-fehmiet ta' dawn it-tnejn huma magħrufin sewwa l-opinjonijiet, u għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li ntagħżlu għal fuq il-kumitat li suppost għandu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta appuntu għaliex [...]