Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (4)

By
2022-01-21T17:40:00+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:50|

Anki meta wieħed iżomm f'moħħu l-ħakma li kien hemm fuq l-istituzzjonijiet fi żmien Joseph Muscat, naħseb li issa wasalna f'punt fejn id-dgħjufija tas-saltna tad-dritt qed narawha tkompli tiżdied. Armat bis-setgħat kollha tal-gvern u tal-partit fil-gvern, Robert Abela issa qed jiskredita l-proċess ġudizzjarju billi jixlih li hu partiġġjan u f'konfoffa mal-PN. Mill-ħażin ser immorru għall-agħar. Sakemm [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (3)

By
2022-01-21T17:36:32+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:47|

Robert Abela m'għandux għażla ħlief li jiżfen għad-daqq ta' Joseph Muscat. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-faċċata ta' quddiem tal-Orizzont tal-lum: “Għall-PN, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ifisser li jdaħħluhom fil-logħba partiġġjana.” Hekk ġie kwotat li qal il-prim ministru li, minkejja ċ-ċaħdiet tiegħu, qed iżid il-pressjoni fuq il-maġistrat inkwirenti li qed tinvestiga l-iskandlu tal-korruzzjoni fil-bejgħ tal-isptarijiet. Robert Abela mhuwiex [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (2)

By
2022-01-21T17:34:03+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:44|

Għandi nifhem li Robert Abela, bejnu u bejn ruħu, mhuwiex tal-fehma li Joseph Muscat huwa xi alla. Madankollu Robert Abela jaf sewwa li kien hu li ġie elett biex imexxi lill-Partit Laburista minflok Chris Fearne għas-sempliċi raġini li Chris Fearne kien indika bil-quddiem li ma kienx biħsiebu jixgħel xemgħat biex iqim lil Joseph Muscat wara [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (1)

By
2022-01-21T17:30:21+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:42|

Nasal biex nifhem ix-xettiċiżmu. Kif ukoll iċ-ċiniżmu. Għaddejna minn wisq esperjenzi drammatiċi li spiċċaw biex ħallew effett minimu biex ma jgħaddilniex minn moħħna li t-tfittxija li saret fir-residenza ta' Joseph Muscat - sentejn wara li nbdiet inkjesta, ħames snin wara li l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni raw id-dawl tax-xemx u ftit ġranet wara li hu stess kien [...]

Go to Top