Xi ġranet ilu, permezz tas-sit uffiċjali tal-Instagram tal-Bank Ċentrali, Edward Scicluna wera s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ David Sassoli, li kien il-president tal-Parlament Ewropew li miet dan l-aħħar.

Hekk sewwa u xieraq. Wara kollox Edward Scicluna kien membru tal-Parlament Ewropew u lil Sassoli seta’ kien jafu personalment. Lil Roberta Metsola li għadha kemm laħqet flok David Sassoli, Edward Scicluna jafha wkoll. Iżda l-aħbar tal-elezzjoni ta’ Maltija bħalu fl-ogħla kariga tal-Parlament Ewropew ma ssibhiex b’nemes fil-kont tal-Instagram tal-Bank Ċentrali. Bħallikieku li ġrajja unika bħal din qatt ma seħħet.

Tistaqsux għaliex.

Dan il-kitba ta’ Steve Bonello tispjega kollox b’mod mill-aktar elokwenti.