Dalgħodu ktibt dwar  il-kummissarju tal-pulizija Angelo Gafà u l-fatt li dan baqa’ ma tniffissx dwar ix-xhud li quddiem il-qorti ammetta li l-Pulizija kienet ilha 5 snin sħaħ li saret taf fejn jinsab Ryan Schembri – u, minkejja dan, baqgħet m’għamlet xejn biex tarrestah u ġġibu lura lejn Malta.

Imbagħad xi ħadd ġibidli l-attenzjoni li Angelo Gafà l-bieraħ kellu moħħu mitluf band’oħra.

Hawn jidher ma’ uffiċjali tal-klabb isegwi l-logħba bejn Inter u Juventus li ntlagħbet il-bieraħ filgħaxija .

X’inhi din l-affinità kollha tal-kummissarji tal-pulizija ta’ dan il-pajjiż mas-sezzjonijiet tal-VIP fil-ground?