Jeħtieġ nifhmu minn fejn bdiet din l-istorja. Frederick Azzopardi ser jiġi mixli talli baqa’ jinjora ordnijiet leġittimi tal-aġenzija dwar il-ħarsien tal-ambjent biex iwaqqaf it-twessiegħ ta’ triq f’Wied Qirda fis-Siġġiewi.
It-triq kienet qed tinbena biex tieħu post passaġġ illegali li jwassal għal dar fil-wied. U sabiex setgħet tinbena t-triq, kien jeħtieġ li jitqaċċtu siġar protetti.
Dak iż-żmien ir-residneti ta’ din id-dar li kienu jinqdew b’din it-triq illegali kienu Robert Musumeci u Consuelo Scerri Herrera. Dawn ma kisru ebda liġi. Kien daħlu jgħixu f’din id-dar wara li l-passaġġ inkesa illegalment bil-konkos u nbniet it-triq minn aġenzija tal-gvern kontra l-ordnijiet ta’ aġenzija oħra tal-gvern. Dawn ma kellhom x’jaqsmu xejn ma’ ebda waħda minn dawn l-aġenziji.
Dan kien ir-reġim ta’ Joseph Muscat: negozju medjevali tal-familja li fih l-interessi privati kienu jsaltnu fuq il-liġijiet tal-pajjiż.
Frederick Azzopardi ser jiġi mixli li wettaq illegalitajiet f’dan il-każ biex Malta tidher li qed taġixxi biex tħares is-saltna tad-dritt.
Joseph Muscat għamel 7 snin fis-setgħa jirrombla fuq id-demokrazija f’Malta u taħsbux li biħsiebu jieqaf.