Dak li qal Silvio Schembri dwar il-gwerra fl-Ukrajna ma qalux frott l-injoranza. Qalu frott ir-razziżmu li jidher li jħaddan.

By
2022-09-24T16:49:23+02:00Mon, 19th Sep '22, 08:50|

L-intervistatur ta' Radju 103 Andrew Azzopardi staqsa lil Silvio Schembri dwar jekk jidhirlux li l-awtoritajiet Maltin kellhom id-dmir li jaraw li tifla ċkejkna ta' 4 snin ma tmutx bil-għatx f'ibħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Malta. Silvio Schembi fil-pront wieġbu li huwa mhuwiex il-ministru responsabbli għas-salvataġġ minn fuq l-ibħra. Madankollu hu wieħed mill-ministri tal-gvern u, [...]