Qorti li tkellmet u li saddet widnejha

By
2022-09-24T16:41:29+02:00Thu, 15th Sep '22, 11:49|

Repubblika ilha għal xhur sħaħ titlob lill-Maġistrat Nadine Lia biex issejjaħ seduta fil-kawża li ppreżentat kontra l-kummissarju tal-pulizija talli dan naqas li joqgħod għall-ordnijiet tal-maġistrat tal-inkjesta dwar il-Pilatus Bank. Għal darba darbtejn, b'ċerta arja, rrifjutat l-argumenti u r-raġunijiet kollha li ġibnielha biex nipperswaduha li l-qrubija li għandha mal-avukat ta' Joseph Muscat għandu jiskwalifikaha milli tkompli [...]