Ngħidha bla tlaqliq: il-Maġistrat qed tigdeb

By
2022-09-24T16:51:25+02:00Fri, 23rd Sep '22, 14:20|

Bħallikieku ma kienx diġà biżżejjed li tara maġistrat iġġib ruħha bħall-vavi waqt seduta fil-qorti, Nadine Lia qrat id-digriet tagħha, injorat talba ta' avukat ta' wieħed mill-partijiet biex ikun jista' jitkellem u bilġri lebbtet 'il barra mill-awla. Din ix-xenata kienet diġà biżżejjed biex tqanqal stmerrija. Iżda l-maġistrat kompliet tgħaxxaqha bir-reazzjoni tagħha għal dak li nġibdilha l-attenzjoni [...]