Jedhew biss biċ-ċaħda tar-realtajiet ta’ madwarhom.

Madankollu m’għandniex nerħulha li tgħaddi tagħhom. Din hi kwistjoni ta’ min għandu l-akbar ħeġġa u l-akbar determinazzjoni li għad iwasslu biex d-dawl tal-verità jispiċċa biex jaħraqhom. Dawn in-nies tinjorawhomx minħabba l-mibgħeda li jinsabu mgħarrqin fiha sa geddumhom. Il-mibgħeda tittieħed u ma tistax tkun injorata.

Il-kummenti ta’ hawn isfel ittellgħu fil-Facebook taħt riklam dwar ir-raba’ produzzjoni tad-dramm ta’ Herman Grech They Blew Her Up li ser jittella’ għal darb’oħra f’Malta fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju mill-qtil tas-suġġett tad-dramm.

Lil dawn il-mingħulin ngħidilhom waħda: il-biljetti għad-dramm kważi nħatfu kollha.