Renè Antonelli, resident f’Ħad-Dingli – il-kostitwenza ta’ dak li kien il-Ministru tat-Trasport – huwa wieħed minn żewġ uffiċjali ta’ Tranport Malta li bis-saħħa ta’ filmat inqabad isawwat sewwieq ta’ karrozza, liema filmat ixxandar il-bieraħ minn Lovin Malta. Jingħad li dan l-inċident seħħ fis-26 ta’ Ottubru li għadda.
Antonelli kien ingħażel minn Ian Borg biex jaħdem fl-enforcement unit ta’ Transport Malta. Għejjun fl-aġenzija qaluli li l-kwalifiki ewlenin ta’ Antonelli għal dan l-impjieg kienu li d-delizzju li għandu għall-muturi u l-lealta li għandu fil-konfront tal-eks Ministru tat-Trasport. Dan kollu jidher ċar mill-paġna tiegħu tal-Facebook.
Dawn l-istess għejjun igħidu li l-lealtà ta’ Rene Antonelli fil-konfront ta’ Ian Borg ssaħħet bis-saħħa tal-impjieg li ngħata mat-Transport Malta u dan minħabba l-fatt li d-dħul tiegħu kważi ttrippla wara li kien ilu jaħdem f’mini market igħabbi l-ixkafef qabel leħaq bħala uffiċjal tal-infurzar.
Il-bieraħ kelliema tal-gvern irrifjutaw li jwieġbu mistoqsijiet tad-deputat tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u ta’ deputati oħrajn dwar jekk iqisux li teżisti ressponsabbiltà politika li kien jeħtieġ li tintrefa’ wara li xxandret l-istorja l-istorja fil-Lovin Malta.