Imġiegħla jwarrbu minn posthom għal wiċċu u għal wiċċ niesu

By
2022-12-30T20:37:44+01:00Fri, 30th Dec '22, 13:46|

L-ewwel li tkellem kien Arnold Cassola. U aktar tard The Shift News ikkummentat dwar informazzjoni li kellha li, aktar kmieni dan ix-xahar fuq ajruplan mimli daqs bajda, passiġġieri fuq titjira tal-Air Malta għal Londra li kellhom postijiet ibbukkjati minn qabel, ġew imġiegħla jwarrbu mill-postijiet tagħhom sabiex  jagħmlu l-wisa' għas-segretarju parlamentari Chris Bonett u għall-familja tiegħu. [...]

Is-salib ħadd ma jrid jerfgħu

By
2022-12-14T20:58:22+01:00Wed, 14th Dec '22, 09:08|

It-tieni l-aktar kariga importanti fil-korp tal-Pulizija baqgħet vakanti. Kull min jerfa' r-responsabbiltà ta' kariga bħal din ikollu taħt idejh il-units ċentralizzati kollha tal-Pulizija. Min ikollu kariga bħal din ikollu jissielet kontra l-kriminalità serja u jiffaċċja kwistjonijiet jaħarqu. Alexandra Mamo - l-persuna li kellha din il-kariga - spiċċat biex dabbret rasha. Ħadd ma jrid jilbes il-kappell [...]

Il-polarizzazzjoni m’hi xejn ħlief ġenn

By
2022-12-06T15:56:34+01:00Tue, 6th Dec '22, 14:26|

Fiż-żewġ kitbiet li ktibt s'issa (din u din) dwar id-dibattitu li jinsab għaddej fuq l-abort qgħadt attent ħafna sabiex ma nintefa' wara ebda wieħed miż-żewġ naħat. U minkejja dan, u ċertament sa meta wasalt biex nikteb it-tieni kitba tiegħi li fiha kkritikajt ċerti aspetti tal-pożizzjoni li ħadet l-Oppożizzjoni, kien hemm uħud li stqarrew li n-nuqqas [...]

Jiskartaw ix-xogħol u jitħallsu xorta waħda?

By
2022-12-01T14:22:50+01:00Thu, 1st Dec '22, 12:40|

Matul terz taż-żmien li fih assistenti soċjali f'Għawdex suppost kienu qed inaddfu d-djar tal-anzjani u jagħmlu l-qadjiet ta' dawk l-anzjani li jgħixu weħidhom, uffiċjalment dawn kienu qed jaħdmu band'oħra. Sadattant, għal kwint taż-żmien, lill-anzjani qalulhom li s-servizzi li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu fil-komunità, ma kienux disponibbli. Din id-diskrepanza nduna biha l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar [...]

Go to Top