Il-ħames kmandament: is-skiet

By
2023-02-16T14:39:24+01:00Thu, 16th Feb '23, 07:56|

Karl Cini mingħalih li għadda mill-għarbiel. Il-ħames kmandamenti jafhom kollha bl-amment. Karl bniedem ubbidjenti u leali. Jemmen fl-unur u allaħares tmur tgħidlu li m'huwiex kburi bix-xogħol li jagħmel. Il-ħames kmandament huwa s-skiet. Il-ġurament tal-omertà. Dak li hu ta' ġewwa għandu jibqa' ġewwa. Mal-awtoritajiet m'għandekx ikollok x'taqsam. M'għandek qatt tgħaddilhom informazzjoni. Jekk tikxef, jidfnuk ħaj. Is-sigrieti [...]