Dejjem konna konvinti mill-ħiliet investigattivi ta’ Daphne Caruana Galizia. 14 -il xahar mill-assassinju tagħha, aktar u aktar evidenza li tipprova li Daphne kellha raġun qegħda toħroġ.Iżda, 14 -il xahar wara, huwa evidenti li l-awtoritajiet ma jridux jaslu għall-mandanti tal-qtil tagħha. F’dawn l-aħħar 14 -il xahar, is-sit ta’ protesta kien vandalizzat 193 darba. 14 -il xahar ta’ nuqqas ta’ azzjoni w inġustizzja. Għalhekk il-ġlieda tagħha tkompli.
Ingħaqad magħna, il-Ħadd 16 ta’ Diċembru fis-7.30PM, quddiem il-Qorti/il-Monument (issa moħbi) ta’ l-Assedju l-Kbir, sabiex inkomplu nisħqu għall-verita’ u l-ġustizzja, għal Daphne Caruana Galizia, għall-Maltin.
Din hija l-protesta tagħna ta’ kull xahar, l-impenn tagħna li ma nwaqqfux il-ġlieda tagħna għall- verita’ u l-ġustizzja.
Dan l-avveniment hu organizzat minn Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com.