Manfred Galdes dwar l-impunità f’Malta

By
2018-02-23T16:51:28+01:00Tue, 20th Feb '18, 16:52|

Kemm ilu li spiċċa mill-FIAU, Manfred Galdes ma tkellimx ħafna pubblikament. Huwa kien irriżenja meta kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet fuq Konrad Mizzi u qatt ma kien spjega r-raġuni 'l għala kien għażel li jaħdem fis-settur privat. B'mod speċjali r-raġuni għaliex kien għamel dan f'dak iż-żmien patikolari. Illum tkellem f'konferenza fl-istess kamra ma' Ian Abdilla. Lill-udjenza li kellu quddiemu Ian [...]

Il-libertà hi…

By
2018-02-23T16:47:28+01:00Tue, 20th Feb '18, 13:23|

F'dan ir-rapport tat-Times of Malta dwar il-billboards illegali issib l-informazzjoni kollha li tinħtieġ jekk għadek qed tħossok impressjonat bl-insistenza tal-gvern li meta neħħa l-billboards tal-#occupyjustice li kienu qed jikkritikawh, għamel dan biex jinforza l-liġi. L-infurzar diskriminatorju tal-liġi hu illegali. Il-liġi mhix magħmula biss mill-kapitlu jew il-vers li jaqrawlek il-bullies armati bir-revolver li jiġu bit-trakkijiet mikrija biex [...]

Disprezz

By
2018-02-20T12:43:25+01:00Tue, 20th Feb '18, 09:09|

Bil-mod il-mod tiela' fil-wiċċ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li ntrabat bihom il-gvern għas-servizzi nazzjonali tas-saħħa. Issa qed nintebħu li l-operatur  ta' tlieta mill-isptarijiet tagħna lanqas kellu minn fejn iħallas il-pagi tat-80 impjegat li kellu u dan minkejja l-fatt li tħallas għexieren ta' miljuni li ħadd ma jaf fejn marru u saret ipoteka favur bank li jaħdem fil-qasam agrikolu. [...]

Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b’ismu

By
2018-02-20T09:33:00+01:00Mon, 19th Feb '18, 18:28|

Adrian Delia illum mar il-Qorti u talab it-tħassir tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Strettament qed jitlob it-tħassir tal-konċessjoni ta' art pubblika. Bil-liġi, kull membru parlamentari jista' jirrikorri għall-Qorti biex jingħata rimedju jekk l-art pubblika konċessa jirriżulta li m'hix tintuża skond il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni kif mfassla mill-Parlament. Tajjeb. L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dak li messu għamel il-gvern minn jeddu: jiġifieri malli ntebaħ li, fl-isfond tal-falliment finanzjarju tal-Vitals, [...]

L-għira tad-dinja? Mhux tant.

By
2018-02-19T14:45:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 14:45|

  L-Abwehrmechanismen klassiku biex nirrazzjonalizzaw il-kritika internazzjonali għall-kleptokrazija f'Malta huwa li "l-barranin li jikkritikawna, qed jgħiru għalina". Min ma jridx ikollu lil Joseph Muscat bħala l-Prim Ministru jekk fost il-bqija dan iroddlu tkabbir ekonomiku mingħajr interruzzjoni, taxxi baxxi u surplus fil-baġit? Tidher biċċa affari tajba, imma lil hinn mill-apparenza ssib li jekk timita dak li [...]

Id-dinja qed issegwi kulma qed jiġri

By
2018-02-20T09:29:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 13:05|

Moviment tas-soċjetà ċivili li twaqqaf wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jixtri spazju fuq 3 billboards li qabel kienu qed jintużaw biex jirreklamaw il-birra u offerti ta' vaganzi barra minn Malta. S'hawnhekk fil-midja lokali dan ma qanqal l-ebda interess partikolari. Il-Gvern ineħħi l-billboards f'inqas minn 12-il siegħa. U l-istorja ddur id-dinja. Il-Politico rrappurtatha dalgħodu u [...]

Kollox ta’ taħt fuq

By
2018-02-19T15:20:45+01:00Mon, 19th Feb '18, 12:46|

David Casa dalgħodu ħareġ mill-għatba tal-Qorti qisu mhux hu. Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia. S'issa. Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-biċċa li donnu Joseph Muscat igħaddiha lixxa f'kollox. X'aktarx jiġri hekk għax jinqeda' b'riġment ta' qaddejja u ta' lagħqa biex jitkellmu u jaġixxu b'mod skandaluż. Inqeda' b'kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova jeħles mill-mafkar ta' Daphne [...]

Jixirqilna aħjar

By
2018-02-19T14:59:10+01:00Sun, 18th Feb '18, 18:45|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Ġurnata wara li l-billboards li tellgħu l-grupp #occupyjustice tneħħew mill-awtoritajiet, l-attivisti nġabru quddiem Kastilja bl-istess messaġġi fuq banners biex iħalluhom taħt it-taraġ ta’ Kastilja. “Jekk taħseb illi se tagħlqilna ħalqna billi tneħħi l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u tiżra’ l-biża’ anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jgħinuna niġġieldu sabiex jerġa’ jkun [...]

Ippużar ħdejn is-sodda

By
2018-02-20T09:28:11+01:00Sun, 18th Feb '18, 15:35|

Ġurnaliżmu sensazzjonali miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Labour. Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi jippużaw flimkien f'ritratt biex jipperswadu lid-dinja li m'hemmx tilwim bejniethom. U balleċ sabu okkażjoni li fiha żgur ma kinux se jitlewmu. Ma kontx għadni ntbaħt li dan l-ippużar kollu ħdejn is-sodod ta' nisa xjuħ akka għadu daqshekk in voga mal-politiċi. U tal-One TV serrħulna rasna li Bonnici u Zrinzo Azzopardi ma [...]

THE SUNDAY TIMES: Kefrin wisq, kullimkien

By
2018-02-20T15:18:05+01:00Sun, 18th Feb '18, 08:55|

Din hi traduzzjoni tal-artiklu tiegħi fis-Sunday Times illum:   It-ton ċertament idarrsek. Qatt ma kien ħelu wisq, biex ngħidu kollox. Daphne Caruana Galizia mietet erba' xhur ilu. U waqt li l-blast tal-isplużjoni kienet għada qed tidwi, il-Prim Ministru daħal fix-xena. Uriena kemm taparsi jrid li ssir ġustizzja u stqarr li ma jaċċettahx dal-qtil. Ried jurina [...]

Nilagħbu bil-verità

By
2018-02-19T10:34:23+01:00Fri, 16th Feb '18, 17:21|

Hekk jiġġustifikaw ruħhom tal-Labour.  Jitfgħu partita kuntradizzjonijiet fi kliemhom, iħalltu kwistjoni ma' oħra, u jġegħilu lin-nies jagħlqu ħalqhom u  jilagħbuha tan-newtrali. Rajthom jagħmluha ma' raġel intelliġenti xi ftit tal-ġimghat ilu. Owen Bonnici pprova jgħerreq lil Antonio di Pietro f'baħar ta' fatti dubjużi, nofs veritajiet u gideb, tant li dal-povru raġel kellu jaqdef bis-salt biex irnexxilu [...]

Ir-ritratt li messhom qiegħdu

By
2018-02-16T11:21:40+01:00Fri, 16th Feb '18, 09:18|

U kif kien mistenni, xi ħadd qabad u qiegħed ir-ritratti ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana mal-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia fi Triq ir-Repubblika. Irrid ngħid li napprezza l-motivazzjoni wara din l-azzjoni. Il-familjari taż-żewġ vittmi għadhom sal-lum jistennew li ssir ġustizzja. Madankollu, b'kuntrast mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dawn iż-żewġ vittmi ma' kinux fil-mira ta' min ħasdilhom ħajjithom. Iżda mhuwiex il-ħsieb tiegħi li noqgħod inqiegħed il-gravità ta' [...]

#OccupyJustice: Tliet billboards għall-prim ministru

By
2018-02-16T09:52:54+01:00Fri, 16th Feb '18, 08:18|

Stqarrija ta' #Occupyjustice: Fil-film Three Billboards Outside Ebbing, Missouri, li ġie nnominat għal diversi premji Oscar, omm imnikkta tfittex ġustizzja għall-assassinju ta’ bintha. Wara li jkunu għaddew ix-xhur u jibqgħu ma jinstabux dawk ħatja, l-omm tagħmel xi ħaġa mhux mistennija u ttellgħa tliet billboards f’awtostrada ewlenija u b’messaġġi diretti lejn il-Kummissarju tal-Pulizija li jgawdi mir-rispett [...]

L-istallett ta’ George Abela

By
2018-02-16T16:36:43+01:00Thu, 15th Feb '18, 16:39|

Nista' nobsor li l-President illejla qed tħossha kemmxejn skomda. Jien u naqra' dak li xehed illum fil-Qorti l-predeċessur tagħha f'kawża li saret kontra dawk li fl-2015 organizzaw wirja ta' karrozzi tat-tlielaq u li matulha sewwieq baqa' dieħel fuq in-nies, bejn u bejn ruħi imaġinajt li ħasset stallett dieħel dritt f'dahrha. George Abela kien jaf x'kienet xehdet Marie Louise Coleiro ftit tal-jiem ilu fil-Qorti. Skont hi, [...]

Dgħufija fil-ħidma kontra l-ħasil tal-flus fis-settur tal-logħob

By
2018-02-15T21:21:02+01:00Thu, 15th Feb '18, 14:37|

Agimeg hija aġenzija speċjalizzata tal-aħbarijiet fl-Italja b'interess fl-industrija tal-logħob. Ftit ilu għamluli xi domandi b'rabta mad-diżgwid li kien hemm dan l-aħħar bejn Malta u l-Italja fuq l-użu ta' Malta minn mafjużi biex jaħslu l-flus tagħhom hawnhekk. Hawn hi l-intervista. Naturalment se jkun hemm min bħas-soltu jakkużani li jien traditur. Il-merħla ta' zombie trolls dan l-aħħar [...]

Pazjenti Amerikani mdejqin bl-inkursjoni ta’ Steward f’Malta

By
2018-02-15T21:19:44+01:00Thu, 15th Feb '18, 12:43|

L-għada tal-Milied li għadda, Steward Health Group ħabbar fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook li kien xtara l-konċessjoni ta' tliet sptarijiet f'Malta. Il-klijenti tal-grupp ma tantx kienu kuntenti. Il-messaġġ ewlieni kien li ma tantx kienu ferħanin bis-servizz li kienu qed jingħataw u ma tantx kellhom tama li l-affarijiet imorru għall-aħjar issa li dawk li jmexxu l-isptarijiet [...]

Kumpannija fl-istess grupp ta’ Steward tapplika biex tiġi dikjarata falluta

By
2018-02-15T13:36:01+01:00Thu, 15th Feb '18, 08:57|

Remington Outdoor Company Inc., kumpannija li bħal Steward Health Group hi proprjetà ta' Cerberus Capital Management, għadha kemm applikat biex tiġi dikjarata falluta u dan minħabba dejn li għandha ta' ftit inqas minn biljun dollaru Amerikan. Remington hi waħda mill-ikbar ditti Amerikani li tipproduċi l-armi tan-nar. Skond rapport imxandar minn Reuters, Remington stqarret li ser tirċievi finanzjament fallimentari ta' $145 miljun biex [...]

Go to Top