Here’s a transcript of the sermon delivered yesterday by Fr David Cilia at the memorial mass held at St Francis Church in Valletta. He opened his sermon by refuting the notion that Daphne’s assassination was femicide. His concelbrant, Fr Luigi Ciotti would emphatically express his anger and disgust at the description chosen by Helena Dalli for this crime.
As Norman Vella explained in a speech last night, they don’t like it that we call the killing of Daphne for what is: an assassination.
Quddiesa f’għeluq it-tieni anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
Knisja ta’ San Franġisk, Valletta, L-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2019
Omelija ta’ Fr David Cilia
“Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ waħidha, imma jekk tmut tagħmel ħafna frott” (Ġw 12, 24)
Hija din il-kelma ta’ Ġesu’ li ġietni f’moħħi f’għeluq dawn is-sentejn mill-assassinju tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia. Daphne xjentement kienet qed tpoġġi ħajjitha fil-periklu biex tibqa’ tgħid il-verita’. Daphne, hija mara, imma ma nqatlitx għax kienet mara. Inqatlet għax ta’ mara li hi ma beżgħetx tgħid il-verita’ anke meta kienet skomda. Dan huwa assassinju kiesaħ u biered u min isejjaħlu mod ieħor juri li jrid jgħatti x-xemx bl-għarbiel. Għal ħafna żmien Daphne kienet tiġġieled waħidha, f’isimna lkoll. Il-kuraġġ li uriet, il-professjonalita’ fl-investigazzjoni, id-determinazzjoni u l-istamina kollha servew biex poġġiet mudell għall-oħrajn ta’ kif wieħed għandu jiġġieled biex ikun ħieles fil-verita’ u fil-ġustizzja.
Illum sentejn wara, nara li Daphne mhijiex waħidha. Is-sagrifiċċju estrem tagħha ħasad u qajjem il-kuxjenza ta’ ħafna oħrajn li jifhmu l-ħtieġa li jiddefendu l-valuri demokratiċi ta’ soċjeta’ ħielsa. Mhux min qed jiġġieled għal dawn il-valuri għandu ‘a sense of entitlement to power and influence’, kif kiteb artikolista dalgħodu, imma min jieħu f’idejh il-ħajja ta’ ħaddieħor u il-ġid ta’ kulħadd għall-interess tiegħu. Huwa min jitlob li ssir ġustizzja li jrid li s-soċjeta’ Maltija tingħaqad. Jifridha dak li ma jaħdimx biex is-soċjeta’ tagħna tħares u tirrispetta lil kulħadd indaqs. Il-leħen tas-soċjeta’ ċivili huwa tama qawwija li bħala ċittadini qed noħorġu minn mentalita’ servili lejn l-Istat u minn għandu s-setgħa, għal maturita’ li l-Istat qiegħed hemm biex jaqdi, jipproteġi, u jiffavorixxi l-benesseri taċ-ċittadini tiegħu. Huwa għalhekk li Stat san irawwem kultura ta’ kontabilita’ u trasparenza.
Lanqas min ħaseb li l-assassinju tagħha kien ser isikket l-istejjer tagħha ma kkalkula tajjeb. Megan ġentilment għaddietli lista ta’ tmien paġni ta’ premjijiet u unuri li Daphne ingħatat madwar id-dinja. Daphne qatt ma fittxet dawn il-premjijiet f’ħajjitha, imma issa dawn huma frott ieħor biex l-ħidma tagħha tkompli tispira u tinkuraġġixxi ġurnaliżmu ħieles. Il-fatt li ġurnalisti minn madwar id-dinja ingħaqdu biex ikompli ħidma fuq l-istejjer tagħha u biex il-ġurnalisti jkunu mħarsa, huwa ta’ kuraġġ kbir għax juri li s-sewwa dejjem jirbaħ fuq il-ħażin. Hija din iż-żerriegħa li nżergħet bil-ħajja u l-assassinju ta’ Daphne li diġa’ qiegħda tagħti ħafna frott. Daphne m’għadhiex waħidha.
Kull darba li ninġabru hawn ma jistax ikun li ħsiebna ma jmurx fuq il-familja ta’ Daphne. L-akbar inġustizzja saret magħhom, u l-preżenza tagħhna hawn hija xewqa li nuruhom viċinanza. Imma illum rrid nirringrazzjahom li qed juruna wkoll it-triq. Andrew fuq il-programm Che tempo fa, nhar it-Tnejn li għadda, qal, il-mama’ ma tistax tiġi lura, imma aħna ma nistgħux naqgħu fiċ-ċiniżmu għax inkella ma nkunux nistgħu nagħtu kontribut lis-soċjeta’. Il-qalb tagħkom tirrifletti tassew frott ieħor ta’ Daphne. Grazzi lil Peter, Matthew, Andrew u Paul talli waqqaftu l-Fondazzjoni Daphne li intom sejjaħtulha “Id-dawl wara d-dlam”. Din il-fondazzjoni bl-għan li tiġġieled għall-verita’, għall-ġustizzja, għall-ħarsien tad-drittijiet umani u s-saltna tad-dritt hija l-kontribut tagħkom għal soċjeta’ Maltija aħjar. Grazzi li minkejja l-uġigħ tagħkom ma sirtux ċiniċi imma tridu tibgqħu tagħtu sehemkom.
Nixtieq nagħlaq billi nikkwota lil l-Papa Franġisku li f’Lulju li għadda talabna nitolbu għal din l-intenzjoni tiegħu li huwa sejħilha integrita’ tal-ġustizzja:
The decisions made by judges influence the rights and property of citizens. Their independence should keep them safe from favoritism and from pressures that could contaminate the decisions they have to make. Judges must follow the example of Jesus, who never negotiates the truth. Let us pray that those who administer justice may work with integrity, and that the injustice which prevails in the world may not have the last word.
Aħna nġbarna hawn biex nitolbu lil Mulej jaħfer in-nuqqasijiet Daphne u jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem; nġarbna ukoll biex nitolbuh jagħti faraġ lill-għeżież tagħha, u d-dawl, u l-kuraġġ lilna biex nagħtu sehemna. Ejjew ukoll nitolbu biex l-awtoritajiet kompetenti jagħrfu jwettqu d-dmir tagħhom bla biża’ u favur.
Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha. Tistrieħ fis-sliem. Amen.