Ilni ħafna naħseb kif, f’nofs din l-ewforija kollha dwar l-emanċipazzjoni ta’ dawk li jagħlqu 16 u 17, nista’ nispjega bl-aħjar mod il-fatt li ma nħossnix komdu b’din il-proposta.
Imbagħad rajt dan ir-ritratt ta’ hawn taħt u probabbli ma għandi għalfejn inżid xejn aktar, għax tifhmuni mill-ewwel.
Possibbli huwa dan li għandna bżonn biex ikollna demokrazija li taħdem aħjar?
L-ewwel nett, f’kuntest differenti, li tieħu ritratt bħal dan ma kienx ikun għaqli. Aħseb u ara li titfgħu fuq il-profil tal-Facebook tiegħek. Kieku kien ħaddieħor… għalliem, kappillan … kien ikun miġnun li jagħmel dan.
Imma jidher li l-każ tal-politiċi huwa differenti. Jew għall-inqas, dan il-politiku partikolari hekk jaħseb li hu.