Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b’ismu

By
2018-02-20T09:33:00+01:00Mon, 19th Feb '18, 18:28|

Adrian Delia illum mar il-Qorti u talab it-tħassir tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Strettament qed jitlob it-tħassir tal-konċessjoni ta' art pubblika. Bil-liġi, kull membru parlamentari jista' jirrikorri għall-Qorti biex jingħata rimedju jekk l-art pubblika konċessa jirriżulta li m'hix tintuża skond il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni kif mfassla mill-Parlament. Tajjeb. L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dak li messu għamel il-gvern minn jeddu: jiġifieri malli ntebaħ li, fl-isfond tal-falliment finanzjarju tal-Vitals, [...]

L-għira tad-dinja? Mhux tant.

By
2018-02-19T14:45:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 14:45|

  L-Abwehrmechanismen klassiku biex nirrazzjonalizzaw il-kritika internazzjonali għall-kleptokrazija f'Malta huwa li "l-barranin li jikkritikawna, qed jgħiru għalina". Min ma jridx ikollu lil Joseph Muscat bħala l-Prim Ministru jekk fost il-bqija dan iroddlu tkabbir ekonomiku mingħajr interruzzjoni, taxxi baxxi u surplus fil-baġit? Tidher biċċa affari tajba, imma lil hinn mill-apparenza ssib li jekk timita dak li [...]

Id-dinja qed issegwi kulma qed jiġri

By
2018-02-20T09:29:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 13:05|

Moviment tas-soċjetà ċivili li twaqqaf wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jixtri spazju fuq 3 billboards li qabel kienu qed jintużaw biex jirreklamaw il-birra u offerti ta' vaganzi barra minn Malta. S'hawnhekk fil-midja lokali dan ma qanqal l-ebda interess partikolari. Il-Gvern ineħħi l-billboards f'inqas minn 12-il siegħa. U l-istorja ddur id-dinja. Il-Politico rrappurtatha dalgħodu u [...]

Kollox ta’ taħt fuq

By
2018-02-19T15:20:45+01:00Mon, 19th Feb '18, 12:46|

David Casa dalgħodu ħareġ mill-għatba tal-Qorti qisu mhux hu. Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia. S'issa. Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-biċċa li donnu Joseph Muscat igħaddiha lixxa f'kollox. X'aktarx jiġri hekk għax jinqeda' b'riġment ta' qaddejja u ta' lagħqa biex jitkellmu u jaġixxu b'mod skandaluż. Inqeda' b'kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova jeħles mill-mafkar ta' Daphne [...]

Go to Top