Ir-rabta ma’ Malta tan-negozjant Slovakk li hedded lill-ġurnalist maqtul

By
2018-07-19T12:11:43+02:00Mon, 26th Feb '18, 18:07|

Fost it-toroq li probabbli tieħu l-inkjesta li qed issir dwar l-assassinju tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u t-tfajla tiegħu aktarx li jkun hemm investigazzjoni dwar dak kollu li kien involut fih in-negozjant magħruf Slovakk Marian Kočner. Skont rapport f'The Spectator tal-lum, f'Settembru li għadda Ján Kuciak ħa azzjoni kriminali kontra Marian Kočner, talli heddu. Kočner kien is-sid [...]

Tolleranza żero għall-korruzzjoni

By
2018-02-28T08:16:35+01:00Mon, 26th Feb '18, 16:51|

Nhar il-Ġimgħa se nkun imsiefer fuq impenn li kien ilu ppjanat, imma l-protesta li se jagħmlu Il-Kenniesa fil-Belt Valletta bit-tema 'il-ġurnaliżmu mhux reat' verament jixirqilha l-appoġġ ta' kull min jista' jattendi għaliha. Anke l-għaqda Reporters without Borders se tkun preżenti. Għax anke ħajjithom inbidlet bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. U inqas minn 5 xhur wara, [...]

Tifsira tal-kelma “ġennata”

By
2018-02-26T18:13:12+01:00Mon, 26th Feb '18, 12:50|

Kont naħseb li nista' nimmaġina x'iħossu l-propagandisti u l-istrateġisti ta' min ikun jinsab minn taħt fis-sondaġġi huma u jaraw ebda ċaqlieq 'il fuq fl-appoġġ. L-istrateġisti tal-PN ma setgħux sabu wisq fuqhiex jistgħu jittamaw wara li t-Torċa xandret is-sondaġġi tagħha. Jew forsi m'għadnix nista' nimmaġina dawn l-affarijiet. Vantaġġ ta' 25 punt diffiċli li jingħeleb. Dan huwa [...]

Ġurnalist investigattiv Slovakk assassinat: kien jirrapporta dwar il-korruzzjoni f’pajjiżu

By
2018-02-28T08:16:00+01:00Mon, 26th Feb '18, 12:14|

Jan Kuciak, ġurnalist Slovakk ta' 27 sena, instab mejjet flimkien mas-sieħba tiegħu fid-dar tiegħu barra Bratislava. Huma ġew assassinati b'tiri ta' arma tan-nar fi qtil li kollox jindika li hu marbut max-xogħol tiegħu bħala ġurnalist. L-aħħar storja li investiga Kuciak kienet dwar is-suspetti ta' frodi fit-taxxa b'rabta ma' kumpless ta' appartamenti lussużi fi Bratislava. Is-sena [...]