The Guardian: investigazzjoni tal-Awtorita’ Bankarja Ewropea dwar Pilatus Bank

By
2018-02-02T19:50:07+01:00Fri, 2nd Feb '18, 19:49|

Il-ġurnal Ingliż The Guardian fiħ rapport dwar it-tnedija ta’ investigazzjoni regolatorja dwar is-superviżjoni tal-Pilatus Bank. L-Awtorita’ Bankarja Ewropea qed taġixxi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew. Fost id-dmirijiet tar-regolaturi hemm dak li jirċievu rapporti dwar aġir illegali li jkun allegatament seħħ f’organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tagħhom. Xogħolhom hu li jgħarblu sew dawn ir-rapporti. [...]

Ħbieb qaqoċċa

By
2018-02-04T05:11:07+01:00Fri, 2nd Feb '18, 16:44|

Il-bieraħ ktibt li  dak li nkiss inkiss fetaħ kumpannija fil-Panama, indaħal fejn ma jesgħux dwar ix-xiri taż-żejt, allegatament “irranġa” l-kuntratt tal-isptar, allegatament daħħal kummissjoni mill-bejgħ ta’ vapur, ħawwad fil-borma tax-xiri tal-power station – il-Ministru Konrad Mizzi jidher li hu ħabib qaqoċċa ma’ Darren Casha, bniedem li għamel żmien twil nieqes minn Malta għax kellu salt [...]

MPE jiddefendu ‘l Efimova minn malafama mxandra Ċipru

By
2018-02-02T16:34:32+01:00Fri, 2nd Feb '18, 16:34|

Din li ġejja hi stqarrija li nħarġet minn Membri Parlamentari li jirrappreżentaw il-partiti rappreżentati fil-Parlament Ewropew li fiha jikkundannaw rapporti li xxandru fil-mezzi tax-xandir ta’ Ċipru – rapporti li xxandru wkoll hawn Malta b’konvinzjoni liema bħalha minn ġurnalisti tal-Labour – li huma malafamanti fil-konfront ta’ Maria Efimova, il-persuna li hi xhud ma’ oħrajn dwar illegalitajiet [...]

Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus “Prova X” Engerer

By
2018-02-04T05:09:30+01:00Fri, 2nd Feb '18, 15:50|

Dan il-gvern iġiegħlek tistħi. David Casa ppubblika t-tweġiba li l-Gvern bagħat lill-Parlament Ewropew wara r-rapport dwar l-istat tad-dritt fejn Malta ġiet ikkritikata bl-aħrax.  Is-sens ġenerali tat-tweġiba kien 'intom stupidi, aħna qegħdin fit-tajjeb, m'għandna xejn x'nitgħallmu dwar l-istat tad-dritt, itilqu 'l hemm'.  Jekk tridu d-dettalji, fl-aħħar ta' dan il-powst hemm link għar-rapport. Imma se niġbdilkom l-attenzjoni [...]

Biex iseħħ is-sewwa

By
2018-02-02T13:10:08+01:00Fri, 2nd Feb '18, 13:10|

Ippermettuli nagħti ġieħ lil dak iż-żagħżugħ li, fil-preżenza tal-President, tkellem minn qalbu dwar dak li qed jiġri madwarna. Għal dawn l-aħħar erba’ xhur ilmentajt kemm-il darba li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li qed jipprotestaw favur il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt ma tistax issejħilhom żagħżagħ. Kopja tad-diskors issibha hawn. Meta żagħżugħ iqum minn postu biex jitkellem minn [...]

UPDATED: Empatija fejn mhux postha

By
2018-02-19T09:35:03+01:00Fri, 2nd Feb '18, 11:29|

Updated 16:00. Hawnhekk issibu kopja tas-Sentenza tal-Maġistrat Joe Mifsud. Il-premessi għall-konklużjoni tiegħu huma dokumentati bir-reqqa, allura jista' jkun hemm analiżi alternattiva għar-raġunament tiegħu. 30_01_2018-3_2018-109986 Lill-Maġistrat Joe Mifsud ili nafu bosta snin. Kien l-ewwel boss tiegħi meta kien il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet ta' Bay Radio. Kelli 15-il sena u kont għadni ħalib ommi fi snieni, bla esperjenza ta' [...]

Go to Top