Mela Mossack Fonseca għalqet. Għad hemm ħafna ditti legali f’diversi tax havens li jaħbu s-sigrieti ta’ ħafna politikanti oħrajn. Imma din għalqet. Hu mument li jġib sensazzjoni ta’ ferħ u dieqa għal ħafna nies f’Malta, imma l-aktar għal Matthew Caruana Galizia.
Dan hu jum tabilħaqq stramb. Id-ditta li għenet lill-uniku ministru fl-UE imsemmi fil-Panama Papers jostor il-bejta sigrieta tiegħu biex fiha jitfa’ l-assi li lill-banek kien qed jgħidilhom li kienu se jammontaw għal miljuni, issa għalqet. Dawk li waqqfuha qegħdin il-ħabs. L-impjegati tagħha tkeċċew. Pajjiżha qed jipprova jerġa’ jibni r-reputazzjoni tiegħu fid-dinja.
Imma l-uniku ministru fl-UE imsemmi fil-Panama Papers għadu Ministru. U l-ġurnalista li qabditu fil-fatt, inqatlet.