Ikkonfronta r-realtà

By
2018-03-05T11:11:11+01:00Sun, 4th Mar '18, 17:30|

Ta' spiss nitkellmu dwar il-"ħwejjeġ" ġodda li libes Joseph Muscat u dwar id-delużjoni imperjalistika tiegħu imsejsa kif inhi fuq tafal li jista' jarah kulħadd ħlief l-imperatur għarwien innifsu. Għadni ma nistax nifhem kif Adrian Delia għadu m'huwiex juri l-iċken tħassib. Bħala werriet ta' sensiela ta' ħassieba politiċi, strateġisti bil-mustaċċi, riformaturi kapaċi u mexxejja li jispiraw, il-Partit Nazzjonalista jidher [...]