Żur dan is-sit elettroniku fejn tista’ ssib struzzjonijiet li jwassluk biex iġġiegħel lil Cambridge Analytica tgħidlek jekk ġabritx l-informazzjoni personali tiegħek u x’inhu dak li jafu dwarek.

L-aġent tal-protezzjoni tad-data għal Cambridge Analytica hija l-mother company tagħha stess SCL Elections – kumpanija Ingliża u li allura hija bbażata f’pajjiż fejn għadhom japplikaw ir-regolamenti tal-protezzjoni tad-data Ewropej.

Waħda minn dawn ir-regoli tgħid li kull min b’xi mod jista’ jiġi kklassifikat bħala suġġett li jġorr miegħu data – allura int taqa’ f’din il-kategorija jekk għandhom ismek u n-numru tiegħek – għandu dritt jistaqsi lil min għandu tagħrif jew informazzjoni fuqu biex jgħidlu x’inhu dak li jaf dwaru.

Biex tiskopri dan, jiswiek 10 liri sterlini u eżerċizzju sempliċi ta’ copy and paste.

Ma tixtieqx tiskopri x’jafu dwarek?