Il-permess maħruġ f’weekend lil Joseph Muscat, tliet ġimgħat biss wara li applika għalih, iqajjem suspetti li jmorru lil hinn minn abbuż xokkanti min-naħa ta’ servizz pubbliku li jiġi mġiegħel jaqdi l-interessi privati tal-prim ministru. Aqra din l-istorja l-ewwel bħala sfond.

Ir-rekord jitkellem waħdu. Meta Joseph Muscat kien għadu l-poodle ta’ Alfred Sant, il-permess biex jiżviluppa d-dar li jgħix fiha f’Burmarrad inħariġlu mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma kien għadu skada l-perjodu ta’ konsultazzjoni.

Fil-fatt Muscat inħariġlu l-permess ta’ żvilupp għad-dar tiegħu f’Burmarrad fis-27 ta’ Frar 1998, jiem qabel ma għalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni stipulat mil-liġi ta’ dak iż-żmien f’Marzu 1998.

Dan il-fatt juri disprezz personali min-naħa ta’ Muscat lejn il-proċessi tal-ippjanar fejn b’xi mod jistgħu jiġu effettwati kwistjonijiet personali tiegħu.

Ġirien tal-familja Muscat qalu lil dan is-sit elettroniku li semgħu xnigħat li għal xi żmien Muscat u l-familja ma setgħux jorqdu fid-dar tagħhom f’Burmarrad minħabba li l-proprjetà kellha ħsarat strutturali.

Bħall-mara ta’ Ċesri, Joseph Muscat irid jipproġetta lilu nnifsu bħala ‘l fuq minn kull suspett. Madanakollu, il-permess tal-bieraħ stess – anke jekk inħareġ b’mod irregolari – jesiġi b’mod ċar li x-xogħlijiet ma jinbdewx qabel ma l-istess permess li nħareġ fl-aħħar 24 siegħa jkun twaħħal fejn jista’ jarah kulħadd fuq il-proprjetà.

Mill-bieraħ waranofsinhar lil hawn ma tantx hu probabbli li ttieħdet xi azzjoni. Għalhekk ta’ min jistaqsi lill-Prim Ministru jekk jikkunsidrax li għada jistieden lill-ġurnalisti d-dar tiegħu biex jikkonfermaw li x-xogħlijiet li għalihom inħariġlu l-permess b’tant effiċjenza biex ikunu jistgħu jibdew mill-bieraħ, fir-realtà għad iridu jibdew.