Din is-sena Leeuwarden ul-Belt Valetta huma l-Kapitali Ewropej konġunti tal-Kultura.
Leeuwarden hi l-kapitali reġjonali tal-Frisja, reġjun li għandu l-ilsien tiegħu, il-Frisjan li hu wkoll it-tieni lsien tal-Olanda. Dan ir-reġjun tal-Frisja għandu poeta lawreat. Jikteb bejn 6 u 10 poeżiji fis-sena u jismu Eeltsje Hettinga.
Huwa kiteb poeżija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Tista’ taqraha f’erba ilsna: Frisijn, Olandiż, Ingliż u hawn tinsab maqluba għall-Malti:
Malta – il-Jum Maqtul
Taħt qamar sħiħ u abjad
Bħal patata salvaġġa li ġġennet
Hemm raġel bilqiegħda nofsu fid-dlam
Ipejjep waħdu fil-veranda
Quddiemu l-art miksija riklami
gazzetti u opuskoli b’tagħrif dwar tempji
bliet u lukandi lussuzi
Imma makabra hi l-aħbar imwassla mill-makkinarju tal-mewt,
Bomba waħdanija tajret karozza kważi n-naħa l-oħra tal-għoljiet
U ħalliet l-ilsien li ħoloq tant inkwiet lill-mafja Maltija
Mejjet maħruq u iswed . Bħal ċawluni suwed
L-ixkejjer tal-patata taru n-naħa l-oħra tal-għoljiet
Mimlija patata taż-żrigħ.
Aj, attent Ġann,
Issa kien waqa’ dlam il-lejl fl-Ewropa
F’wied il-mewt kienu ħarqu l-kelma
Bħalma darba kienu nħarqu kotba skomdi
Ħuġġieġa waħda
Imma l-fjamma tibqa’ tixgħel ….
L-aħħar bran. Ma nafx eżatt x’kellu f’moħħu il-poeta. Iżda kliemu jfakkruni fiż-żmien meta n-Nażisti kienu jaħarqu l-kotba.