Dan huwa dak li kiteb Matthew Caruana Galizia fuq Facebook ftit minuti ilu:

Il-preżenza ta’ Delia fil-protesti huwa tentattiv biex inaddaf ir-reputazzjoni tiegħu.

Il-ġlieda tagħkom bħala ċittadini hija ġlieda għad-dinjità tagħkom. Mhix ġlieda biex teħilsu minn klikka – dik ta’ Joseph Muscat – u tbiddluha ma’ klikka oħra – dik ta’ Adrian Delia.

Ħarsu lejn in-nies li jkun imdawwar bihom: pimps, traffikanti tad-droga u kull tip ta’ nies perikolużi oħra. Dan ir-raġel huwa gangster liebes il-libsa.

Il-partitarji tiegħu jgħidu li d-dnub li għamel hu li fittex legalment lil ommi ħames darbiet. Imma d-dnub tiegħu huwa akbar minn hekk.

Delia għadu s’issa ma spjegax ir-rabtiet tiegħu ma’ nies li jista’ jkun li kellhom sehem fl-assassinju ta’ ommi, fosthom Chris Cardona u l-familja kriminali Bajada, li għadha tappoġġjah.

Lil dan tridu jmexxikom?