Il-Qorti Federali tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba Ali Sadr sabiex jingħata l-iberta proviżorja sakemm jintemm is-smiegħ tal-proċeduri li saru kontriħ dwar frodi bankarja u ksur ta’ sanzjonijiet.

L-avukat ta’ Ali Sadr stqarrew li l-awtoritajiet Maltin kienu ċċertifikaw li Ali Sadr ma kien taħt ebda suspett minħabba l-ħidma tiegħu fil-Pilatus Bank. Iżda minkejja dan, il-qorti Amerikana iddeċidiet li Ali Sadr għandu jibqa’ maqful il-ħabs sas-16 ta’ Mejju, f’liema jum għandha ssir status conference.

Status conference, taħt il-liġijiet Amerikani, hi laqgħa ordnata mill-qorti li fiha l-imħallef jiddeċiedi d-data tas-smiegħ tal-ġuri. Jekk wieħed mill-partijiet fil-kawża ma jattendix din il-laqgħa, kull talba li jista’ jagħmel għal tibdiliet fl-iskeda tas-smiegħ tiġi mwarrba.