Ir-rivista Svizzera Republik illum temmet sensiela ta’ tliet artikli dwar Malta fl-isfond tal-assassinju ta’ in the Daphne Caruana Galizia. L-ewwel żewġ artikli jinsabu f’din il-link .

Din li ġejja hi traduzzjoni ta’ estratt mill-għeluq tal-artiklu:

“L-istħarriġ li għamilna ma wassalna imkien biex insuiru nafu min qatilha. Bosta kienu dawk li qalu li kellhom il-provi, iżda fil-fatt ħadd ma kellu ħjiel ta’ xejn.

“Madankollu huwa ċar li, kien min kien il-moħħ wara l-qtil, il-kompliċi huwa magħruf u dan jismu Malta. Il-mibgħeda li hemm bejn diversi klikek. Il-qerq fit-tħaddim tan-negozju. In-negozju bil-passaporti. Il-qliegħ tal-flus permezz tal-korruzzjoni. L-ardir tal-kriminali.

“F’Malta ssib il-guffaġni. Iżda guffaġni bl-iskali differenti li wieħed is-soltu jsib f’pajjiż kunsidrat bħala tax haven. Meta pajjiż jiddependi żżejjed fuq il-parassitiżmu fin-negozju li jagħmel, imur lura. L-Isvizzera, it-tax haven l-aktar magħrufa fid-dinja, wkoll kellha industrija, università u qasam tas-servizzi.

“Bla dubju l-persuna li għandha terfa’ r-responsabbiltà għas-sitwazzjoni imwiegħra li fil-preżent tinsab fiha Malta huwa l-istess persuna li kompla jitfa’ l-ħatab fin-nar: il-Prim Ministru Joseph Muscat.

“Muscat mċhuwiex biss problema għal Malta. Huwa problema għall-Unjoni Ewropea kollha.”