Brian Tonna u Karl Cini ma jridux il-passapport tagħhom onlajn. Mela jaqbel ma jżurux dan is-sit.
Brian Tonna u Karl Cini jeżiġu l-privatezza. Din hija ħaġa li jippretenduha l-ħallelin. Jittantaw li jużaw il-liġijiet biex jħarsu lilhom infushom mill-iskrutinju pubbliku. Lill-awtoritajiet talbuhom iġiegħlu lil Peter Caruana Galizia jħassar ritratti tal-passporti tagħhom mill-blog ta' martu. Huwa rrifjuta li jagħmel dan u tahom raġunijiet legali, fosthom dik li hu m'huwiex sid il-blog ta' Daphne [...]