‘Lill-barranin iqfulhom’, qalilna.

By
2018-09-15T15:09:09+02:00Mon, 10th Sep '18, 19:05|

Is-sejħa ta' Adrian Delia biex il-Maltin “lill-barranin jiqfulhom” hi waħda tassew tal-mistħija. Politiku jibda' jmiss il-qiegħ meta jittanta jikklassifika l-membri tal-komunità f'taqsimiet għalihom u fl-istess waqt ikattar il-firda u joħloq il-mibgħeda lejn dawk li huma vulnerabbli. Meta sena ilu tfaċċa fix-xena Adrian Delia u nieda kampanja ħarxa  bħallikieku kien xi manigold, mill-ewwel deher ċar li [...]

Deutsche Welle: Skandlu fil-Belt Valletta

By
2018-09-11T23:29:00+02:00Mon, 10th Sep '18, 18:01|

Dan il-filmat tad-Deutsche Welle jagħtina stampa ċara dwar ir-riżultati tal-Valletta 2018. Intilfet l-opportunità li kellu f'idejħ il-pajjiż biex ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, biex jingħata l-appoġġ lill-komunità tal-artisti Maltin, biex ngħixu esperjenza tal-valuri Ewropej tat-trasparenza, tat-tolleranza u tad-dibattitu kritiku u minflok rajna attentati biex isikktu d-dissens u l-protesti. Dan il-filmat tlesta qabel il-gvern kompla jiċċensura l-protesti meta [...]

Ifalli attentat biex il-Kunsill tal-Ewropa jinżamm milli jinvestiga l-każ ta’ Daphne

By
2018-09-11T23:27:49+02:00Mon, 10th Sep '18, 17:53|

Falla attentat minn naħa tal-gvern biex tinżamm il-kumplizzjoni ta' rapport mill-Kunsill tal-Ewropa dwar “il-kxif tal-verità kollha dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia”. Dan l-attentat sar mill-eks ministru Manwel Mallia li hu r-rappreżentant tal-Partit Laburista fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Manuel Mallia talab lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari sabiex jiġi rtirat l-inkarigu [...]

Il-barrikati jeħtieġ li jtiru

By
2018-09-11T23:32:17+02:00Mon, 10th Sep '18, 08:28|

Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta sar is-simbolu l-aktar importanti fit-taqtieha li għaddej minnha l-pajjiż favur il-libertajiet bażiċi. Ftit inqas minn sena ilu bdew jitqiegħdu fjuri, xemgħat, messaġġi stampati u ritratti bis-saħħa ta' mewġa ta' rabja popolari wara li nqatlet ġurnalista li kellha eluf kbar ta' qarrejja jsegwuha u li kienet tgawdi rispett daqs kemm kienet [...]