MANIFESTAZZJONI GĦALL-VERITA’ U L-ĠUSTIZZJA: Valletta, 14 ta’ Ottubru, 2018.
Stqarrija ta' #occupyjustice u manueldelia.com Il-governanza ħażina tolqotna lkoll. Il-korruzzjoni tolqotna lkoll. L-allokazzjoni t’art pubblika prezzjuża għal prezz assurd lill-Grupp dB, il-permess biex jibnu torri mostruż, id-disprezz lir-residenti u lil dawk li pprotestaw jiġu minn governanza ħażina u korruzzjoni. In-nies hi ġustament irrabjata. Is-segretezza u l-ħabi fl-infieq pubbliku huma ħżiena u jaħbu nfieq mhux ġustidikat [...]