Il-kont tiegħek tad-dawl u l-ilma qed jiġik bil-għoli minħabba n-negozju korrott li sar ma’ tal-Electrogas. Dan qed igħidu l-Awditur Ġenerali wkoll.
Illum l-Awditur Ġenerali xandar ir-rapport tiegħu ta' 600 paġna dwar il-kuntratt tal-power station. Rapport li jsemmi n-nuqqasijiet kbar li nstabu li lkoll kemm huma jindikaw li kien hemm il-korruzzjoni. Waħda mis-sejbiet mill-aktar sinjifikanti tar-rapport hi li l-Enemalta kienet iddeċidiet li toħroġ il-kuntratt tal-power station bil-mod mgħaġġel li ħarġitu, ftit jiem biss wara li tal-Labour ħadu [...]