Il-bieraħ filgħaxija il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonjiet tan-Nisa ħarġet stqarrija li tgħid li, hu min hu l-akkużat, kull akkuża ta’ vjolenza domestika għandha tittieħed bis-serjetà u tiġi investigata.

“Min hu vittma tal-vjolenza domestika jeħtieġ li jkollu ħafna kuraġġ biex jasal biex jagħmel rapport u biex jipprova jtemm is-swat. Għal din ir-raġuni, dawk li jallegaw li qalgħu s-swat m’għandhomx jiġu vittimizzat aktar jew imheddin b’xi mod. Għandhom jingħataw l-appoġġ kollu li jkollhom bżonn”.

Għalkemm ma semmewx ismu, l-attivisti hawn qed jirreferu għall-allegazzjonijiet li saru minn mart il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Konfederazzjoni qalet li tirrappreżenta 12 il-għaqda lokali “li flimkien għandhom mal-24,000 membru mara”.

Dawn jagħmlu kampanji kontra l-vjolenza domestika u l-paġna tagħhom tal-Facebook fihom posts dwar is-suġġett miktubin minn Simone Cini, il-Kummissarju ta’ kontra l-Vjolenza Domestika.  

Dak li qed iseħħ huwa l-ewwel prova għall-Kummissarju ta’ kontra l-Vjolenza Domestika. Huwa ċar li Cini għandha kunflitt fil-lealtajiet tagħha. Ma write ebda tħassib dwar dawn l-allegazzjonijiet u kitbet posts li kważi kważi jiskużaw lil min wettaq il-vjolenza.    

Araw ftit.

M’hemmx dubju li min kiteb din il-post għandu raġun igħid li, meta xxandru video clips u audio recordings, ħadd m’għandu jaqta’ sentenza mgħaġġla dwar dak li seħħ fid-dar ta’ Delia. Dan ktibtu jien stess ukoll f’dan il-blog.    

Iżda araw x’kiteb dan: “Naħseb ħadd qatt ma ġġieled mal-mara jew mat-tfal u tilef l’erre.” (sic).

Kont nistenna li l-Kummissarju ta’ kontra l-Vjolenza Domestika kellha toħroġ stqarrija biex tgħid li t-telfien “tal-erre” ma jagħti lil ħadd id-dritt li jerfa’ jdejh. U li jekk mara jkollha l-kuraġġ li tirrapporta lil żewġha talli abbużaha, il-kwistjoni m’għandhiex titgħatta għax jiġġustifika lilu nnifsu b’dan il-telfien.  

Iżda huwa importanti għall-Partit Laburista li jinqeda’ bil-Kummissarju ta’ kontra l-Vjolenza Domestika. L-interess prinċipali tal-Partit Laburista hu li jara li Adrian Delia jibqa’ f’postu bħala kap tal-PN u mhux li jara li ssir ġustizzja mal-vittma.  

Bl-istqarrija li għamlu l-bieraħ, l-attivisti nisa sfidaw lill-istituzzjonijiet biex jagħtu priorità sħiħa lill-ħarsien ta’ dawk in-nisa li jallegaw li ġew imsawta u talbu li l-allegazzjonijiet li jsiru għandhom jiġu nvestigati bis-serjetà kollha.  

Iżda nafu kif jaħdmu l-istituzzjonijiet f’dan il-pajjiż.

Ma stennejtx li l-kunflitt ta’ interess ovvju li għandha I-Kummissarju ta’ kontra l-Vjolenza Domestika – bħala persuna midħla sew tas-Super One – kien se joħroġ fil-beraħ daqshekk malajr.  

Din is-sitwazzjoni m’hi togħġob xejn lill-għaqdiet tan-nisa