Stqarrija ta’ #Reżistenza
Wara 500 jum il-mandanti għadhom igawdu impunita’ u l-poter
Ħames mitt jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-madanti ta’ dan id-delitt faħxi għadhom ma’ saqajna, igwadu impunita’ u l-poter. Qatt ma instema’ li ġurnalist inqatel għal gidba li qal. Il-ġurnalisti dejjem inqatlu b’ritaljazzjoni għall-verità li jkunu kixfu jew biex jitwaqqfu milli jistabbilixxu u jxandru l-verità. Min jigdeb fuqek tagħmillu kawża l-qorti u tikxef il-qerq tiegħu. Iżda kontra min jgħid il-verità fuqek m’għandek l-ebda rimedju legali.
Huwa evidenti li min ordna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mhux xi delinkwent komuni. Għall-kuntrarju, il-mandant għandu biżżejjed poter biex jixtri s-skiet.
Fl-istess waqt, b’dispjaċir wieħed jinnota li l-maġġjor parti tal-professjoni ġurnalistika lokali ġġib ruħha bħal li kieu t-tfittxija għall-verità dwar dan ir-reat hi esklussività tal-forzi ta’ l-ordni. Il-midja wkoll għandha d-dover li tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar dan l-assassinju u li tivverifika jekk l-pulizija hiex qegħda tagħmel ħilitha kollha sabiex issolvi dan l-omiċidju u jekk setgħatx tipprevjenu li Daphne Caruana Galizia tkun eliminata.
Tassew ilna ma nisimgħu bil-wegħda ta’ miljun Ewro lil min jgħin biex jissolva dan id-delitt. Mhux talli mhux qiegħed isir minn kollox biex jinqabdu l-mandanti, iżda saħansitra lanqas għadu jsir sforz sabiex tingħata l-impressjoni li dan qiegħed isir.