Il-ġurnal ta’ kuljum Olandiż Nederlands Dagblad tkellem ma’ Matthew u ma’ Andrew Caruana Galizia fi Strasburg waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa li fiha qgħadu bil-qiegħda faċċata ta’ Owen Bonnici li, minn naħa tiegħu, evita li jħares lejhom bħallikieku kien Lot li kien beża’ jħares lura lejn Sodoma.
Matthew Caruana Galizia qal: “‘Dawn qalu li l-assassinju seħħ tort tiegħi. Bħallikieku ħallejt il-karrozza barra apposta biex ikunu jistgħu jwaħħlu bomba magħha’.
Qabel ivvjaġġja lejn Strasburg, Matthew indirizza laqgħa f’Peruġja, fl-Italja. ‘Hekk kiteb fil-Facebook politiku minn naħa tal-gvern. U dan kien sinjal għall-partitarji tagħhom jibdew igħajjruni u jikkalunjawni kemm jifilħu. Madankollu jien ġejt wiċċ imb’wiċċ ma’ sitwazzjonijiet li huma agħar minn hekk.’
“Il-laqgħa Matthew u Andrew jsejjħulha waħda “ta’ frustament”. Hekk kif waslu għal-laqgħa, l-aħwa Caruana Galizia u l-Ministru njoraw lil xulxin kompletament. “Kulħadd jaf li lil ommna ma kienx jaħmilha,” qal Andrew. “Issa li ma tistax tibqa’ tikkritikah, ħa r-ruħ. Hi problema l-fatt li proprju hu jeħtieġ li jemenda l-Kostituzzjoni. “Ir-riformi Bonnici jitkellem dwarhom bħallikieku kien hu li kien ħareġ bl-idea tar-riformi. Iżda ommna ġiet assassinata proprju għaliex kien il-gvern tiegħu li naqas. U aħna ninsabu hawn minħabba fiha. Tweġġa’ meta tara lill-gvern jipprova jgħawweġ il-fatti biex l-istorja jpinġiha kif jaqbel lilu.’
“Barra minn hekk, bosta huma dawk il-Maltin li prinċipalment jaqraw jew jisimgħu l-aħbarijiet permezz ta’ ġurnali u stazzjonijiet tal-televiżjoni kontrollati mill-politiċi. ‘Ħafna huma dawk li lanqas biss jafu r-raġuni il-għala jobgħoduna daqshekk,’ igħid Matthew. ‘Meta jisimgħu xi aħbar dwarna, l-informazzjoni kważi dejjem igħawwġuha.’
‘Lanqas biss tgħaddili minn rasi li nċedi,’ jgħid Matthew. ‘Ma nistax ineħħi minn rasi l-fatt li ommi ġiet assassinata. M’hix se terġa’ tiġi lura fostna. U din hi r-raġuni għala jeħtieġ li nagħmlu dan l-isforz kollu. X’hemm li nista’ nagħmel b’mod differenti? Jinteressani li mmur niżra’ l-patata fin-naħa t’isfel ta’ Franza? Le. Kulma qed nagħmel hu li naħdem biex issir ġustizzja ma’ ommi. Kull ħaġa oħra tkun superfiċjali u bla tifsira.”
Fl-aħħar mill-aħħar, igħidu ż-żewġt aħwa, il-kwistjoni m’hix dwarhom. ‘Nittamaw li l-ġenerazzjonijiet li telgħin jitrabbew f’pajjiż normali. Ommna ssieltet qatigħ għal dan.”
Ir-rapport fil-ġurnal u r-ritratt huma xogħol Sjoerd Mouissie.