Fil-paġna li għandu fil-Facebook, Frank Portelli ta’ sikwit jiftħilha. Skont il-fissazzjoni l-aktar riċenti tiegħu, qalilna li huwa “jaf” li Daphne Caruana Galizia kienet titħallas — skont hu madwar miljun Ewro għalkemm ma jgħidx min ħallas miljun lil min — biex tikteb dwar ħaddieħor jew dwar xi ħaġa.

Imbagħad jinfexx f’ħafna diskors misoginistiku li sar it-timbru tal-ħmieġ inkallat li dan il-bniedem issa dara’ jgħum fih.

Għandu lanzita daqshiex li ma tispiċċa qatt. Din il-lanzita li għandu, la jirrikonoxxiha hu u lanqas dawk li regolarment jiktbu fuq il-paġna tiegħu biex ikomplu jgħawwuh.

Frank Portelli żmaga waħda sew. Qed jitlef minn moħħu. Kitbietu jixhed il-ġenn ta’ moħħu.

Għall-finijiet legali, niddikjara li m’jinix psikjatra u dak li għadni kemm ktibt huwa biss il-fehma tiegħi. Fehma li jidhirli li hija ġusta fiċ-ċirkostanzi.

Li kieku kelli nitkellem bl-istess mod li Frank Portelli jitkellem dwar l-ossessjonijiet tiegħu, nitlobkom biex titfgħuni minn fuq is-sur għal isfel. I