Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne?
Jaqaw dawn kienu kkonsultaw mad-deputat gwardjan tal-latrina fejn jinqdew il-ħaddiema li jaħdmu fil-kċina? Ibqgħu ċerti li naqsu li jikkonsultaw mal-Kumitat legali u tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jew mar-rapporteur speċjali li nħatar minn dak il-Kumitat u li mbagħad ġie konfermat mill-Assemblea Parlamentari. Dan sirna nafuh għaliex illum lil tal-Kumitat Pieter Omtzigt qalilhom li “il-mod kif ġie [...]