Attivist isejjaħ protesta illum fil-Belt Valletta dwar il-mod li qed jiġu trattati dawk li qed ifittxu li jingħataw l-ażil
L-attivist Xandru Cassar qed jitlob li min jaħsibha bħalu biex jingħaqad miegħu il-lejla fis-19.00 qrib il-bini tal-Parlament sabiex jitqiegħdu xemgħat mal-bieb tal-Parlament bħala simbolu tal-protesta kontra t-trattament ħażin mill-awtoritajiet Maltin ta' dawk li qed ifittxu l-ażil. Malli feġġet l-imxijja tal-coronavirus, il-gvern baqa' jirrifjuta li jonora l-obbligu internazzjonali tiegħu li jsalva l-ħajja ta' min ikun f'periklu [...]