BugM kiteb li dan li ġej isaħħaħ ġmielu l-argument favur il-projbizzjoni li partit politiku jkun sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu.
A 1:50 clip presenting a compelling argument in favour of the immediate shutting down of political tv stations in Malta. pic.twitter.com/gIMNmIG7sw
— BugM (@bugdavem) May 20, 2020
M’għandniex xi ngħidu, għandu raġun biex ibiegħ. Il-partiti politiċi m’għandhomx ikollhom f’idejhom il-kontroll ta’ stazzjon tat-televiżjoni għaliex jekk ma ssirilhomx għassa stretta, jispiċċa biex jieħu s-soppravvent l-agħar istint tagħhom.
Il-Partit Laburista m’hu jiddejjaq xejn b’Karl Stagno Navarra jippreżenta l-programmi fuq l-istazzjon tiegħu. Dan li ġej m’huwiex kritika personali fil-konfront ta’ dan il-preżentatur għaliex, wara kollox, kull min jagħżel li jidher fuq it-televiżjoni jkun qed jissoġġetta ruħu għall-kritika.
Tgħid x’inhi r-raġuni li l-Partit Laburista ma jitmeżmeż xejn meta jisma’ lil dan il-bniedem jiddikjara minn fuq it-televiżjoni tiegħu li kawża dwar id-drittijiet tal-bniedem li saret mill-familjari ta’ dawk li, skont huma, tħallew jegħrqu fil-baħar minħabba nuqqasijiet tal-gvern, hi “attakk fuq dak kollu li hu Malti”?
Mela allura l-liġijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għaliex jeżistu? Għaliex jeżistu l-qrati? Il-għala kull min iħoss li seħħ xi nuqqas fil-konfront tiegħu għandu d-dritt li jfittex rimedju bil-qorti?
Permezz ta’ dan il-preżentatur televiżiv tiegħu, l-Partit Laburista qed igħidilna li kull min ma twilidx f’Malta m’għandux ikollu d-dritt li jħarrek lill-gvern anki jekk ikun jidhirlu li seħħ nuqqas fil-konfront tiegħu.
Dan ma jistax ħlief ifisser li l-Partit Laburista ma jemminx li l-liġijiet igħoddu għal kulħadd l-istess. Ma jemminx li ħadd – twieled fejn twieled u hu ta’ liema razza hu – ma jista’ jiġi miċħud mid-drittijiet fundamentali tiegħu. Ma jemminx li kulħadd għandu dritt għall-ġustizzja. Ma jemminx li kulħadd għandu dritt iqabbad avukat tal-għażla tiegħu.
Il-Partit Laburista huwa partit razzist. Huwa partit faxxist. Biex dejjem tgħaddi tiegħi, huwa lest li juża l-mibgħeda u l-vjolenza. U jinqala’ ħafna biex jikxef snienu ma’ min hu l-aktar vulnerabbli.
Il-Partit Laburista huwa wkoll wieħed popolari, finanzjarjament sinjur u jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza. Jinsab f’sakra ta’ poter u d-dagħdiha ta’ sakra qed tikxef il-veru fehmiet tiegħu. Fuq it-televiżjoni tiegħu fejn ma jsibx lil min imerieħ, il-Partit Laburista jippriedka favur is-supremazija razzjali fejn ir-rieda tal-partit u tal-mexxej huma l-liġi u kull min jagħżel li jisfida huwa traditur.
Dan il-filmat isaħħaħ l-argument kontra mezzi tax-xandir li s-sidien tagħhom ikunu l-partiti politiċi u jsaħħaħ ukoll l-argument kontra l-Partit Laburista.