Din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru ta’ Joseph Muscat u d-Deputat Prim Ministru ta’ Robert Abela, Chris Fearne, ser jixhed quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ser jixher f’għeluq it-tielet sena mill-assassinju.
Xahrejn wara t-twettiq tad-delitt, jiġifieri f’Diċembru tal-2017, wera’ li kellu fehmiet sodi. Dawn il-fehmiet kien stqarrhom f’intervista li hu kien ta lil Tim Sebastian tad-DW.
Jidhirli li wieħed għandu jerġa’ jsegwi din l-intervista. Dak li stqarr dakinhar jista’ jitfa’ dawl fuq il-fehma tagħna dwar dak li bi ħsiebu jistqarr fil-qorti din il-ġimgħa.
Segwu l-intervista hawn: