Kull meta jidħollok xi dubju f’moħħok, waħħal fis-suwed!
Jaqaw Robert Abela huwa bniedem preġudikat, nieqes minn edukazzjoni soċjoloġika u għandu moħħ li jasal biex jifhem l-affarijiet biss minn perspettiva razzista? Jew inkella jitkellem bit-ton li jitkellem bih għaliex mingħalih li l-udjenza li jkollu quddiemu hi wkoll waħda preġudikata, nieqsa mill-edukazzjoni soċjoloġika u tifhem kollox minn perspettiva razzista? Il-bieraħ tkellem dwar l-istatistika li turi [...]