Xi ħadd qabad lil Ian Borg iżellaq dagħwa fuq it-televiżjoni u l-filmat infirex f’kemm ilni ngħidilkom. Jien ma skantajt xejn u ma kontx bi ħsiebni nagħmel tabirruħi li skantajt. Dawn l-affarijiet jiġru u Alla jaf li ġraw lili wkoll għalkemm tajjeb li wieħed joqgħod attent ftit aktar mis-soltu meta jkun fuq it-televiżjoni.

Tan-Net TV għamlu xi ftit tal-kjass, kif kellhom kull dritt.

Ian Borg seta’ għażel li jinjorahom u seta’ ħa pjaċir bl-attenzjoni li tawh. Jew inkella seta’ qal “skużawni, żelqiltli. Inwiegħed li darb’oħra nkun aktar attent”.

Ma tarax li ma kienx ser juri xi ftit tal-umiltà u jinżel mill-pedestall li jinsab riekeb fuqu! Għaliex, skont hu, qed nivvintaw li żelqitlu dagħwa u dan minkejja li jinstema’ jidgħi fil-filmat. Huma dawk l-indannati ta’ Nazzjonalisti li qed jigdbu dwaru.

Għaliex hu qatt ma jidgħi . Qal biss “ħa qalanqas”.

Il-bużillis hu li fid-dizzjunarju ssib it-tifsiriet ta’ “ħaqq” u ta’ “alla”, iżda m’hemm xejn dwar it-tifsira ta’ “qalanqas”.

Kif qaltlu Alessandra Dee Crespo, meta ssib ruħek f’ħofra …