Kull darba li tisimgħu lil min jitkellem favur il-fatt li l-ministri għandhom ikunu wkoll membri tal-parlament li minn elezzjoni għal oħra jkunu f’tellieqa biex jistagħdu għall-voti, agħtu daqqa t’għajn lejn dawn ir-ritratti. Ħsibtu li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jaħdem qatigħ b’ilsienu barra biex idaħħal ir-riformi dwar is-saltna tad-dritt li dan pajjiżna tant jeħtieġ biex iseħħ il-ġustizzja u sseħħ fi żmien qasir?

Erġgħu aħsbuha sewwa. Dalgħodu kien qed ifekren mas-Suq ta’ Birkirkara. Kien qiesu baliena mwaħħla fir-ramel. Miegħu kellu lil martu li, mill-espressjoni fuq wiċċha, tat x’tifhem li żgur ma kienitx ser titħajjar tixtri xi par żraben minn dawk  li kienet qiegħda tara b’għajnejha.