Fuq WhatsApp group chat ta’ partitarji Laburisti, dalgħodu Chris Cardona tella’ dan ir-ritratt. Illum m’huwiex biss għeluq snin Simon Busuttil. Illum – mid-dehra wara nofsinhar – il-“kaxxi vojta” li fl-2017 Simon Busuttil kien għadda lill-Qorti ser iwasslu biex jiġu mixlija membri tal-ġgajta kriminali li ħakmet lil pajjiżna.
Mhux hekk, Chris Cardona. Din hi r-raġuni li l-Pulizija ser tixli lil Keith Schembri fil-qorti. Għax Simon Busuttil giddieb.
Jista’ jagħti l-każ li għad hawn xi erba’ boloħ li jemmnuh. Iżda Chris Cardona għandu jkun jaf li mhux kull minn hu partitarju leali hu tal-fehma li l-korruzzjoni li hawn f’dan pajjiżna hu l-frott tal-immaġinazzjoni ta’ Nazzjonalisti ndannati.