Iċ-ċittadinanza m’għandhiex prezz
Dal-għodu Repubblika ppublikat dokument ta' politika dettaljat li jagħti r-raġunijiet għalfejn l-organizzazzjoni temmen li Malta m'għandhiex tbiegħ iċ-ċittadinanza tagħha. Uħud mill-argumenti huma dawk li tistenna li tara meta tqis kull ma nafu fuq l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti. Imma dan hu wkoll eżerċizzju li jerġa' jħares lejn xi tfisser tassew iċ-ċittadinanza u jagħmel suġġerimenti għal tibdil [...]