Dal-għodu Repubblika ppublikat dokument ta’ politika dettaljat li jagħti r-raġunijiet għalfejn l-organizzazzjoni temmen li Malta m’għandhiex tbiegħ iċ-ċittadinanza tagħha. Uħud mill-argumenti huma dawk li tistenna li tara meta tqis kull ma nafu fuq l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti.

Imma dan hu wkoll eżerċizzju li jerġa’ jħares lejn xi tfisser tassew iċ-ċittadinanza u jagħmel suġġerimenti għal tibdil għar-regoli dwar kif inhi amministrata ċ-ċittadinanza anke ma’ nies li mhux qed iġorru l-boroż tal-liri biex jixtruha.

X’inhi ċ-ċittadinanza? Għalfejn hi importanti? Kif tgħinna ngħixu flimkien u kif tista’ tifridna?

Jekk issib ċans tqalleb f’dan id-dokument ta’ politika, jekk jogħġbok għidli x’taħseb.

Niżżel id-dokument tal-politika minn hawn.

29.04.2021 Iċ-Ċittadinanza mhix għall-bejgħ