Il-qofol kollu m’huwiex dwar min tabilħaqq huwa “ġaħan”

By
2021-07-31T12:24:48+02:00Sat, 31st Jul '21, 07:33|

Edward Zammit Lewis sar il-mira faċli - mhux għax qatt kien xi għadma iebsa, tafux - ta' min ikun irid igħaddih passata. Xi ftit tal-ġranet ilu Jason Azzopardi kien diġà tana ħjiel li kien hemm Ministru tal-gvern li lil Yorgen Fenech - il-persuna mixlija bil-qtil ta' ġurnalista - kien qallu li l-partitarji tiegħu stess huma [...]

Biex ikun hemm il-fejqan, jeħtieġ li tintrefa’ r-responsabbiltà

By
2021-07-30T15:25:12+02:00Fri, 30th Jul '21, 14:17|

Illum il-President ta' Malta stqarr li hu tal-fehma li r-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għandu jibda' proċess ta' fejqan. Irrepeta dak li starr il-bieraħ  Robert Abela. Dalgħodu membri parlamentari tan-naħa tal-gvern stqarrew li r-rapport ma qrawħx. Ma wrew ebda sogħba fi kliemhom. L-imgħoddi m'humiex lesti li jiċħduh u m'humiex lesti li jerfgħu [...]

Il-kompliċità tat-TVM

By
2021-07-30T11:23:53+02:00Fri, 30th Jul '21, 08:08|

Araw il-mod kif l-istituzzjonijiet Maltin jiżguraw li kulħadd jifhem li huma qed jinjoraw dak kollu li nkiteb dwarhom mill-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Nieħdu l-istazzjon TVM, ix-xandar nazzjonali. L-Imħallfin tal-inkjesta rrakkomandaw fir-rapport tagħhom li għandhom isiru emendi lill-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta' Malta li jirregolaw lill-Awtorità tax-Xandir u dan għaliex, bil-mod kif inhuma mfasslin, [...]

Tissejjaħ protesta għal-lejla

By
2021-07-29T13:29:33+02:00Thu, 29th Jul '21, 13:03|

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed isejjħu protesta nazzjonali quddiem il-Berġa ta' Kastilja llejla fis-7pm. It-rapport tal-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jikkonferma li: L-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien hemm kultura ta’ impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta’ fiduċja u ċirku ristrett ta’ politiċi, negozjanti [...]

L-Inkjesta Daphne: “L-impunità infirxet bħal qarnita”

By
2021-07-29T13:07:37+02:00Thu, 29th Jul '21, 12:47|

Fil-qosor, lill-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia irriżultalha li: L-Istat għandu jerfa' r-responsabbiltà għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hemm kultura ta' impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta' fiduċja u ċirku limitat ta' politiċi, negozjanti u kriminali. Kien hemm persuni b'rabtiet ma' entitajiet tal-Istat li ġabu ruħħom b'mod li [...]

Ftit qabel jixxandar ir-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne, Bernard Grech qed juri t-triq li għandu jaqbad pajjiżna

By
2021-07-28T12:28:52+02:00Wed, 28th Jul '21, 09:15|

Inħeġġiġkom taqraw dan l-artiklu miktub mill-Kap tal-PN Bernard Grech f'The Malta Independent tal-lum. Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-mexxejja tal-PN kienu jkunu kemmxejn ambigwi kull darba li kienu jitkellmu dwar is-suġġett u xi drabi saħansitra anki qabżu għal dawk li taw il-kenn lill-qattiela minflok qabżu għall-vittma ta' dan id-delitt. Illum Bernard Grech kien [...]

Malta ser tkun teħtieġ aktar minn 90 jum

By
2021-07-26T14:44:24+02:00Mon, 26th Jul '21, 09:10|

Waħda mill-ewwel affarijiet li kien għamel Eddie Fenech Adami wara li fl-10 ta' Mejju 1987 tela' t-taraġ tal-Berġa ta' Kastilja kienet li jżur diversi bliet kapitali Ewropej. U minnufih beda' x-xogħol kbir li kellu jwassal biex Malta toħroġ għal kollox miż-żminijiet tal-purtiera tal-ħadid ta' Dom Mintoff u ta' Karmenu Mifsud Bonnici. Parti minn dan ix-xogħol [...]

L-hekk imsejjħin soluzzjonijiet ta’ Edward

By
2021-07-22T14:34:59+02:00Thu, 22nd Jul '21, 11:58|

Ma kellniex għalfejn nisimgħuha mingħand tal-Kummissjoni Ewropea biex stajna nifhmu li d-dewmien eżaġerat li hemm fil-qrati tagħna huwa ta' theddida għas-saltna tad-dritt. Id-dewmien fil-ġustizzja huwa n-negazzjoni tal-ġustizzja nnifisha. Nieħdu l-"iskandlu taż-żejt". Lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013, tal-Malta Today kixfu każ ta' tixħim u ta' korruzzjoni fl-Enemalta fejn għandu x'jaqsam ix-xiri ta' żjut għall-produzzjoni tad-dawl elettriku. Dan [...]

Lill-qarnita, l-gvern ma jridx li jaħsdilha rasha

By
2021-07-20T15:12:27+02:00Tue, 20th Jul '21, 11:02|

Il-gvern ġie mwissi mill-FATF bl-aktar mod espliċitu u pubbliku biex ma jippruvax inaqqas mis-serjetà u mil l-ħtieġa tal-bidliet li huma meħtieġa sabiex Malta terġa' ssir membru rispettabbli tal-komunità finanzjarja dinjija. Mingħajr ebda tlaqliq, lill-gvern qalulu li jista' jsib tarf mhux bit-tibdil fil-liġijiet. Ma tridx xi għerf speċjali biex tibdel il-liġijiet u kull ma jeħtieġ li [...]

GĦADA: Konferenza Stampa quddiem il-bieb prinċipali tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija – L-impunità jeħtieġ li neqirduha

By
2021-07-19T15:01:02+02:00Mon, 19th Jul '21, 11:08|

Silvio Valletta, Rosianne Cutajar, Lawrence Cutajar, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Joseph Muscat, John Dalli, Joe Cuschieri, Edward Scicluna, Chris Cardona, Michelle Muscat, Carmelo Abela. Ilkoll ismijiet magħrufin. Ilkoll persuni li suppost sabu ruħħom f'baħar ta' inkwiet meta nkixfu dwar dak li allegatament wettqu. Wħud minnhom ilhom fiċ-ċentru tal-aħbarijiet għal snin sħaħ. Uħud minnhom sa minn [...]

Ikliet u multi minn butna

By
2021-07-09T12:17:16+02:00Fri, 9th Jul '21, 08:19|

Jien nammira dawk il-ġurnalisti li jħossu l-ħtieġa li jisfidaw lill-awtoritajiet li jippruvaw jikkastigawhom talli dawn jagħżlu li jkunu vertjieri fir-rappurtar tagħhom u ma jbagħbsux rapporti biex jintogħġbu ma' dawn l-istess awtoritajiet. Iżda l-kap tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv nazzjonali m'hix ġurnalista. Hi biss propagandista tal-Partit Laburista li tqiegħdet fejn tinsab illum appuntu għaliex hi propagandista Laburista. Skont [...]

Il-ħbieb ta’ Rosianne

By
2021-07-06T14:01:39+02:00Tue, 6th Jul '21, 09:11|

Wara r-"riżenja temporanja" tagħha, Robert Abela ma setax jaqbad u jerġa' jdaħħal lil Rosianne Cutajar fil-kabinett. Li kieku seta', ibqgħu ċerti li kien jerġa' jdaħħalha. Iżda jeħtieġ niftakru li r-"riżenja temporanja" tagħha kienet seħħet għaliex George Hyzler kien beda' l-investigazzjoni tiegħu. Hi kienet konvinta li ma kienitx ser tinstab ħatja. Ġara' bil-maqlub u l-karta s-safra [...]

Jekk il-lejla ser tkun il-Belt Valletta għall-ħabta tas-6 pm……….

By
2021-07-05T17:07:31+02:00Mon, 5th Jul '21, 15:30|

Fis-6pm l-lejla, l-President ta' Repubblika Robert Aquilina ser jindirizza lill-ġurnalisti. Lill-membri parlamentari miġburin fil-bini ta' warajh ser iwissihom li issa għadda biżżejjed żmien biex il-pajjiż jibda' jaħseb biex jieħu passi kontra dawk fosthom li jippretendu li ma jista' għalihom ħadd, li jistgħux jintmessu u li qed igħadduha lixxa għar-reati li wettqu. Nieħdu lil Rosianne Cutajar. [...]

Go to Top