Xiri ta’ voti nofs kedda

By
2021-08-11T18:19:29+02:00Wed, 11th Aug '21, 16:43|

Il-bieraħ ktibt dwar id-drawwa li bdew xi Ministri li bis-saħħa tagħha qed jonfqu flejjes pubbliċi fil-kostitwenzi tagħhom sabiex huma jieħdu palata għall-elezzjoni tagħhom fil-Parlament. Semmejt lil Alex Muscat li ħataf kważi miljun ewro mill-flus maħtufin mill-bejgħ tal-passaporti biex tinxtegħel il-knisja ewlenija tal-Mosta, lokalità li tifforma parti mill-konstitwenza tiegħu. Illum ħabbrilna "proġett" ieħor: dik li sejjħilha [...]