Oliver Scicluna: inġenwinità politika aktar minn żelu rivoluzzjonarju
Oliver Scicluna jinsab imħasseb dwar dawk il-votanti li qed iwiegħduh li "jaħsbu fih" kemm-il darba jaqdihom jew jagħmlilhom xi pjaċir. Għalkemm diġà huwa membru parlamentari, għax hekk xtaq Robert Abela, Oliver Scicluna issa qed ikollu jgħaddi mill-proċess biex jerġa' jiġi elett u, mid-dehra, xejn mhi togħġbu s-sistema ta' "ħokkli dahri biex inħokklok dahrek". Sewwa għamel [...]